Fuq il-paġna Aġġornament tat-temp ġiet ippubblikata post dwar xi effetti li ħalliet warajha l-maltempata ta' matul dan il-lejl. 

"Maltempata li segwejna dan il-lejl tħalli ħsarat fil-knisja ta' San Ġwann ix-Xewkija. L-ewwel indikazzjoni juru li sajjetta tidher li laqtet il-kampnar tal-knisja bil-ġebel jispiċċa fl-art," kitbet il-paġna Aġġornament tat-temp.

Ir-ritratti li ppubblikat il-paġna juru s-sitwazzjoni tal-kampnar wara s-sajjetta, u xi ġebel li waqa'.


Kyle Zarb