Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Aġġornament Tat-temp ħadu ħsieb jaġġornaw lis-segwaċi tagħhom bit-temp li għandna nistennew din il-ġimgħa. Bdew billi qalu, “Temp previst għall-ġimgħa li ġejja; It-Tnejn ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna u b'riħ Grigal Lvant forza 5 buffuri kultant forza 6. It-Tlieta msaħħab tul il-lejl li jsir imsaħħab u bix-xita tal-ħamri filgħodu li jsir ftit imsaħħab wara nofsinhar għalkemm xi ftit raxxa xita possibbli tippersisti sat 15:00. Ir-Riħ Lvant forza 5 li jdur u jnaqqas Lvant għax-Xlokk, li jdur Grigal sa filgħaxija ħafif. L-Erbgħa xemxi u jiċċara l-ajru kawża ta' riħ qawwi mill-Majjistral forza 6 li jitla buffuri ta’ forza 7. Il-Ħamis xemxi li jissaħħab aktar u b’ riħ Majjistral forza 5 li jnaqqas sa filgħaxija forza 3.”

Żiedu jgħidu wkoll, “Il-Ġimgħa ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna wara nofsinhar u b’ riħ forza 4 Majjistral li jitla’ forza 6 Majjistral. Is-Sibt ftit imsaħħab b'riħ forza 5 Majjistral li jnaqqas għal forza 4. Il-Ħadd ftit imsaħħab b'riħ forza 3 għal 2 Xlokk Lvant. It-Temperatura medja bħala għolja għal din il-ġimgħa 20°C u l-inqas 13 °C.”


Charlton Cefai