Permezz ta post fuq il-paġna ta' Facebook, Għaqda Mużikali Marija Bambina Banda Vittorja, Naxxar, nhar is-Sibt ħabbru l-mewt ta’ membru minn tagħhom, Graziella Stivala.

Graziella kellha biss 34 sena u tiġi oħt l-attur Michael Stivala. Kienet omm ta’ żewġ ulied żgħar. Bosta ddeskrivew lil Graziella bħala mara b’qalbha tajba ferm u ħafna fakkru f’kem hi kienet tagħti l-kontributt tagħha fil-festa tar-raħal.

Michael ħabbar id-dettalji tal-funeral ta' oħtu ftit ilu. "Il-funeral tal-għażiża tagħna Graziella ħa jsir il-Ħamis 26 ta' Mejju fid-8:45 ta' filgħodu fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar. Napprezzaw li tmexxu l-kelma u grazzi ħbieb"

Kuraġġ u kondoljanzi lil Michael u lill-familjari kollha.


Kyle Zarb