Il-kantant, attur u żeffien Malti Luke Vella għadu kemm kiseb suċċess ieħor fil-karriera tiegħu. Hu gradwa fil-Masters fil-kitba tal-lirika u produzzjoni, waqt li studja ġewwa Londra.

Matul is-snin Luke kiseb bosta esperjenza waqt li studja u ħadem barra minn xtutna, fosthom meta ta wirja ġewwa l-West End fl-ispettaklu ta' Alyssa Edwards. 

Luke jikteb, "Mort u ksibt Masters f’xi ħaġa li minn dejjem ħlomt li nagħmel. L-ammont ta’ drabi li għedt lili nnifsi u lil dawk qrib tiegħi dwar kemm ma jħossnix kapaċi biex inwettaq dan, ma titwemminx."

Prosit kbira Luke! Tassew qed tagħmel unur għalik innifsek u għat-talent lokali! 


Kyle Zarb