Jgħaddu kemm jgħaddu snin, is-sensiela ferm ikonika Simpatiċi tibqa' f'qalb il-poplu Malti u Għawdxi, hekk kif fuq medda ta' madwar 20 sena ġew imxandra 280 episodju.

L-istorja taf il-bidu tagħha fl-1999 meta xxandar l-ewwel episodju bl-isem 'Tard'. Żgur li llum il-ġurnata dan iqanqal nostalġija liema bħalha fost dawk li kienu jsegwu.

Intant, it-tim ta' Simpatiċi għadu kif ħabbar li sa jkun qed jorganizza kwiżż fost dawk is-segwaċi li għad għandhom għal qalbhom din is-sensiela ikonika.

Titħajru? Żgur li din sa tkun opportunità sabiħa għal bosta sabiex iġeddu memorji mill-isbaħ.


Cristian Tonna