Ilbieraħ il-kantanta lokali Krista Chircop rebħet it-tieni edizzjoni tal-Festival lokali Mużika Għall-Fondazzjoni Nazareth bil-kanzunetta Crazy In Love, oriġinarjament kantata mill-istilla ta' fama mondjali Beyonce.

Fit-tieni post klassifika Bradley Debono, u jsegwih fit-tielet post Myky. Il-kanzunetti li klassifikaw mal-aqwa għaxra, mir-raba' sal-10 post, kienu: Gianluca Zammit, Ramires Sciberras, Luana Schembri, Kaylee Cutajar, Cassidy Gauci, Rod & Ally, u Kristy Said 

Apparti minn hekk ir-rebbieħ bl-akbar numru ta' voti mill-pubbliku kien il-kantant Slavin Col Schembri bil-kanzunetta Unstoppable

Ir-rebbieħa fil-kategoriji respettivi tagħhom kienu dawn t'hawn taħt:

  • Kategorija A - It-Tielet Post - Warrior - Chanel Abela Camilleri
  • Kategorija A - It-Tieni Post - Driver's Licence - Carly Cachia Arpa
  • Kategorija A - L-Ewwel Post - Ġmielek - Ramires Sciberras
  • Kategorija B - Tielet Post - Kristy Said
  • Kategorija B - It-Tieni Post - Cassidy Gauci
  • Kategorija B - L-Ewwel Post - Gianluca Zammit
  • Kategorija Ċ - It-Tielet Post - Fejn Tħobb Il-Qalb - Luana Schembri
  • Kategorija Ċ - It-Tieni Post - Coming Home -  Myky
  • Kategorija Ċ - L-Ewwel Post - Mama - Bradley Debono

Minn qalbna nifirħu lil Krista u lir-rebbieħa kollha, kif ukoll lill-kantanti kollha li pparteċipaw din is-sena u waslu s'hawn! Għall-edizzjoni li jmiss! Erġa segwi l-edizzjoni tal-bieraħ HAWN


Gwida.mt