Kitty Guardians For Strays (vo/2315) tellgħu diversi talbiet fuq il-midja soċjali tagħhom jitolbu l-għajnuna u sapport.

Għalkemm kien hemm rispons tajjeb u rnexxielhom iħallsu diversi kontijiet, għad fadlilhom ħafna iktar pendenti xi jħallsu. L-ammont jaqbeż l-€4,000 f'ikel u veterinarji.

Kitty Guardians For Strays 2

F'post ieħor stqarrew li jekk mhux ħa jirnexxielhom jiġbru biżżejjed fondi biex jirkupraw minn din is-sitwazzjoni terribli, kontra qalbhom ser ikollhom jiefqu jsalvaw qtates li tant jinstabu fil-bżonn.

Ilbieraħ stqarrew li m'għandhomx fondi biex jixtru x-xirja tal-ikel li jmiss tinxtara fi żmien jumejn biex jitimgħu ta' kuljum 'il fuq minn tliet mitt qattus abbandunat.

Minn hawn, flimkien mat-tim ta Kitty Guardians, ningħaqdu f'appell wieħed għal donazzjoni żgħira lejn kreaturi innoċenti u bla vuċi. Ħafna jista' jsir u jkun possibli bil-ftit mingħand il-ħafna. Biex tibgħat donazzjoni tista' tuża wieħed mill-metodi t'hawn taħt. Grazzi tal-ġenerożità tagħkhom.

Kitty Guardians For Strays 2

• BOV Mobile & Revolut: +356 77042556 - revolut.me/kittyguardians

• Paypal: paypal.me/kittyguardiansmalta

• Bank Transfer: BOV (Miriam Borg Debrincat) MT52VALL22013000000040022180162

Kitty Guardians For Strays 1


Kyle Zarb