Dawn iż-żewġ persuni dedikati jrabbu dan il-kelb, boxer, li twieled b’2 saqajn biss.

“Darba minnom nirċievu telefonata, li twieled Boxer biż-żewġ saqajn ta’ quddiem neqsin. Jien għedtlu li sejra għalih issa.”

Hu qallha okej immedjatament u hi ferħet immens. Iżda Mark ma kienx fehma tajjeb u x’ħin waslet bih u ra l-ġeru nkwieta bejnu u bejn ruħu kif ser jirnexxielhom irabbuh. Lil kelb tawh l-isem ta’ Nubby li kien ilu biss ħames sigħat ħaj. Ma kellhomx l-iċken idea kif se jitimgħuh u l-ewwel lejl kien iebes ħafna. “Bdejna nqumu kull siegħa sabiex intuh jixrob u nassiguraw irwieħna li qed jieħu dak li suppost. Ma ridniex nemmnu rnexxielna nżommuh ħaj għal dak il-lejl u ta’ wara u ta’ wara u għal bosta iktar. Meta kellu  tlett ġimgħat għamilnielu speċi ta’ wheelchair bil-lego u kien mimli enerġija jiġri ’l hemm u ’l hawn fuqu. “

Ftit wara kien ma jiflaħx ħafna iżda rnexxielu jirkupra. Meta beda jikber beda jipprova jitla’ bilwieqfa u hemm kien donnu nduna li għandu xi ħaġa nieqsa fl-anatomija tiegħu.

“Kellna klieb oħra li konna qed nieħdu ħsieb u vera għamlu ħbieb malajr. Nubby beda dejjem jikber u għamilna minn kollox sabiex ngħinuh iżomm saqajh b’saħħithom. U beda jirnexxielu jaqbeż distanzi fl-għoli bil-2 saqajn ta’ wara. Dan il-kelb beda jurina li xejn ma jista’ jillimitah u kien kelb ferrieħi immens.”

Wara ftit reġa’ marad iżda malajr irkupra. U Nubby jibqa’ dejjem dan il-kelb mimli entużjażmu u enerġija għal ħajja. Illum induru bosta skejjel sabiex nedukaw lit-tfal b’Nubby għal iktar kompassjoni fid-dinja. Dan il-kelb juri wkoll lil dawn il-persuni li jieħdu ħsiebu li xorta possibli jkun ferħan, minkejja li għandu apparenza differenti u jaffaċja ostakli, xorta waħda jirnexxielu jgħix ħajtu mimli entużjażmu.

Facebook / The Dodo


Rowena Calleja