Fuq il-mezzi soċjali bdew iduru l-messaġġi ta' kondoljanzi għall-familja ta' Leanne Schembri. Ħafna kienu li wrew ix-xokk tagħhom għal din it-telfa fuq il-mezzi soċjali, fosthom l-għarus tagħha Justin.

Hu kiteb, "Kif se ngħix mingħajrek għażiża tiegħi!! Qas nista' nemmen li qed nikteb dal-kliem! Inħobbok għal dejjem nokkla tiegħi! Żomm idejk fuqi u fuq familtek! Strieħ fis-sliem qalbi."

Ħabib tal-koppja kiteb, "Leanne, ħsadt lil kulħadd, qas nistgħu nemmnu bl-aħbar li ħadna. Ħallejtna imma l-memorji tiegħek u t-tbissima li kellek fuqek ħa nibqgħu ngħożżuhom dejjem magħna. Żomm idejk fuq Justin Grech u fuq familtek. Strieħ fis-sliem, nibqgħu nħobbuk."

F'isem it-tim ta' Gwida, nuru s-sogħba tagħna għat-telfa ta' Leanne, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja u l-ħbieb kollha tagħha. Nifhmu li dan hu mument sensittiv ħafna għalihom u nittamaw li jsibu l-kuraġġ li tant għandhom bżonn.

Strieħ fis-sliem Leanne u kompli ħares lil dawk l-aktar għeżież għalik li jeħtieġu tant faraġ f'dawn il-mumenti!


Gwida.mt