Is-Sibt li għadda l-make up artist Bernard Gellel u ommu Joyce kienu parti mill-programm Sibtek.

Fuq il-programm, Bernard qasam l-istorja ta’ kif kien jiġi bbuljat l-iskola meta kien għadu żgħir. Jgħid li lil ommu ma kiex jgħidilha minn xiex kien qed jgħaddi u jsib skuża li qed iħossu ma jiflaħx. Meta kienet issaqsih minn fejn ġew id-dbenġil ta’ saqajh, kien jgħidilha li mill-isports.

Iżda fil-verità, Bernard jgħid li kienu qed “Jistennewni mal-grada, jsabbtuni, jtuni xebgħa, jitfawli l-basket fiż-żibel.” Ommu qalet kif kien dejjem jaħbi n-nuċċali biex ma jkissruhulux.

Joyce tgħid kif hi u missier Bernard saħansitra kellhom ibiddlulu l-iskola. Malli għamlu hekk, il-bullying spiċċa kollu, u Bernard seta’ jgħix ħajja ta’ student b’mod normali.

Bernard, għalkemm ġralek dak kollu, nispera li taf kemm int bniedem tal-ġenn, kemm hemm nies li jħobbuk, japprezzawk u jissapportjawk fil-karriera li qed tikseb. Aħna bħala Gwida.mt qegħdin warajk żgur!

Facebook/Bernard Gellel


Nicole Barbara