Il-preżentatur Ivan Gaffiero kif ħafna jafu dejjem għaddej biex joħloq l-avvenimenti u konkorsi, u bihom jagħti diversi opportunitajiet lil bosta modelli, kemm b'esperjenza u kemm ġodda għal kollox.li

Fi Frar li għadda Ivan qal li din is-sena kien hemm konkorrenza tajba ħafna fil-produzzjonijiet li tella', u li jmiss edizzjoni oħra minn tiegħu. Dik ta' Mr. Malta! Ivan kiteb fuq il-Faceboook,

"Ufficjalment jien Ivan Gaffiero Direttur tal-Konkors Mr. Malta. Mill-llum Nahdem bil-kbir ghall Edizzjoni ta Mr Malta 2022 . Gaffiero Productions b'għajuna mill-Ministru tat-Turiżmu. Grazzi kbira ghall min kien ta ghajuna u ricerki li saru . Kienet ħolma u saret realtà."

Fil-fatt issa din il-ħolma tinsab pass eqreb hekk kif Ivan ħabbar it-22 finalista. "Illejla tibda l-avventura għat-22 kontestant għal Mr. Malta 2022. Kienet ħolma, u saret realtà li jkolli dan it-titlu tant kbir. Mhux faċli xejn li jkollok tant konkorrenza, imma dan iva sar, li japplikaw 38 ġuvni u ġew magħżula 22 finalist."

Dawn huma l-finalisti taħt l-isem tal-lokalità li qed jirrappreżentaw:

  • Mr Mosta
  • Mr Qawra
  • Mr San Pawl Il-Baħar
  • Mr Naxxar
  • Mr San Ġwann
  • Mr Fgura
  • Mr Sliema
  • Mr Valletta
  • Mr Kirkop
  • Mr Gozo
  • Mr Kalkara
  • Mr Qormi
  • Mr Safi
  • Mr Marsaskala
  • Mr Żabbar
  • Mr Xagħjra
  • Mr Poala
  • Mr Ta' Giorni
  • Mr Żebbuġ
  • Mr Ħamrun
  • Mr Żejtun
  • Mr Żurrieq

Awguri lill-ġuvintur kollha!


Kyle Zarb