The Travellers m'għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni ġewwa pajjiżna. Nistgħu ngħidu li kienu l-grupp li reġgħu taw ħajja l-mużika bil-lingwa Maltija, hekk kif ħarġu bi stili li ma konniex familjari magħhom bil-Malti!

Il-kantant tal-grupp, Chris Gatt illum qed jiċċelebra għeluq sninu. Chris jagħlaq 31 sena u żgur wieħed mill-isbaħ rigali li seta' jirċievi din is-sena kien li jkanta waqt il-kunċert ta' Radio Italia Live li sar fuq il-Fosos il-ġimgħa li għaddiet!

L-udjenza ċertament li urew l-apprezzament tagħhom xħin semgħu l-lingwa Maltija tidwi fuq il-Fosos, ġo spettaklu daqshekk kbir! Kien ta' unur kbir għalihom. Tista' tgħid il-Maltin komplew magħhom u kantaw Ħafi, Paċi, Kuluri magħhom! 

Aħna f'isem Gwida.mt nawguraw lil Chris l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali u ħerqana għall-aktar materjal mingħand The Travellers. Dejjem inkunu qed nistennew x'materjal ġdid ħa joħorġu! Awguri!

Facebook / Chris Gatt


Emil Calleja Bayliss