Bjorn Formosa fuq il-mezzi soċjali tiegħu jħabbar li Owen Leuellen se jingħaqad mal-aħwa Faniello fuq il-kanzunetta Sal-Aħħar Nifs. Bjorn jikteb, "He's the man. Kemm hu tal-ġenn dat-tifel! Dedikat, umli u kariżmatiku immens! Minkejja l-impenji tiegħu, sab il-ħin u ġie biex nagħmlu dal-proġett possibbli."

Hu jżid, "Bi pjaċir inħabbru li Leuellen ser ikun qed jingħaqad ma' Fabrizio Faniello u Claudia Faniello għall-verżjoni l-ġdida ta' 'Sal-Aħħar Nifs'. Ser tkunu tistgħu tisimgħu din il-kanzunetta l-ewwel darba, nhar is-Sibt, 4 ta' Mejju f'Xandira speċjali fuq ONE, fit-20:00. Grazzi Owen talli aċċetajt li tkun parti minn dan il-proġett li hu tant għal qalbi."

Nawgurawlhom!


Emil Calleja Bayliss