Sefora Aquilina kitbet fuq il-paġna Diego and Us dwar mumenti sinifikanti li kellhom matul tmiem il-ġimgħa meta binha Diego ħa sehem fil-parata. Tesprimi kemm hi kburija tara lil Diego jagħtu sehmu f'avvenimenti tant sbieħ.
"Min qatt kellu jgħidli li kont se narak b’dik l uniformi, timmarċja mat toroq tal Belt, b’rasek mgħollija l fuq, kburi u kuntent fost komunita’ li laqgħetek. Kemm ħassejtni kburija bik Diego, kemm ħadt gost narak issegwi l-ordnijiet u timxi pass wieħed ma' sħabek."
Sefora tkompli, "Anki f’mumenti fejn kellek tiġġieled ftit iżjed miegħek innifsek, irnexxielek itterraq mal ħoss tal banda sal aħħar. Mumenti bħal lum ituni s saħħa biex inkompli nistinka biex narak miexi l quddiem u nesponik għal kull opportunitá."
L-omm tkompli tikteb li qatt mhi ħa taqta' qalbha minnu, u ser tibqa' temmen fih sal-aħħar. Prosit Diego!