Bosta tħallew jispekulaw wara li kmieni filgħodu l-grupp lokali The Travellers ħareġ jgħid "kapitlu magħluq" fuq il-mezzi soċjali.

Hemm min qed jispekula li jaf naraw it-tmiem ta' dan il-grupp Malti, hekk kif huma anke neħħew ir-ritratt tal-profil tagħhom.

"Waħda mill-bands Maltin li għoġbitni kull kanzunetta li ħarġu," saħqet persuna f'kumment li kitbet.

Oħrajn semmew li din tista' tkun kanzunetta ġdida li l-grupp se jkun qed joħroġ fil-jiem li ġejjin.

S'issa The Travellers ħallew lill-udjenza tagħhom kurjużi.

Il-grupp The Travellers wasslu diversi kanzunetti ta' suċċess matul il-karriera tagħhom 'Ħafi Paċi Kuluri' kif ukoll 'Ersaq Fil-Qrib'.

Intom x'taħsbu?

Ritratti: Facebook / The Travellers Malta


Cristian Tonna