Fuq Min Imissu?, il-ġimgħa li għaddiet kienu mistienda Joe u Veronica Farrugia u waqt il-programm ħarġu ftit sigrieti li għalkemm illum il-ġurnata huma tad-daħk forsi setgħu kellhom konsegwenzi gravi.

L-ewwel rakkont, grazzi għar-riċerka li għamel Eclair jirriżulta kif darba minnhom Veronica għaddiet flixkun ilma lil Steve, it-tifel tagħhom. Steve kien sejjer il-gym, waqaf waħda l-ħanut ta' missieru u Veronica ħarġet ftit wara mid-dar u sabet lil Steve hemm. Hi rat flixkun il-ħanut tiegħu u għaddietu lil Steve. Kif spiċċa s-sezzjoni tiegħu l-gym, Steve mejjet bil-għatx mar jixrob imma induna li dak li mingħalih kien ilma kien tinner.

It-tieni rakkont, Steve xtaq li jkollu rota ta' tmien snin iżda Veronica u Joe... din il-ħolma dawruhielu ħolma kerha għax xtrawlu rota roża. Darba ħareġ biha għax it-tfal bdew jaqbdu miegħu, huma baqgħu jipprovaw jikkonvinċuh li hi vjola u mhux roża. Spiċċa sabiex żarma r-rota, uża l-ispray u rota malajr spiċċat rota ħadra.

It-tielet rakkont jinvolvi, tiġieġa... patri...u kalendarju tal-adulti. Dan il-kalendarju kien ta' ditta partikolari u t-tfajliet fuqu ma tantx kellhom ħwejjeġ fuqhom. It-tiġieġa kien għal programm li kellu Joe flgħaxija u din spiċċat tiġri ma' kullimkien, baqgħu deħlin ġewwa... u l-abbati baqa' iċċassat kif ra l-kalendarju. It-tifel il-kbir ħa żball, Veronica marret biex tikkoreġih u Veronica bid-daħk ħarbilha naqra gass naturali. Kollha spiċċaw jidħku. 

 


Emil Calleja Bayliss