Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records tkellmu dwar rekord nazzjonali ġdid li ġie mwaqqaf riċentament.

Huma bdew billi qalu, “The Malta Records illum konna mistednin fir-ristorant 'Ta' Bertu's Kitchen' ġewwa San Pawl il-Baħar għal rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. L-itwal salami jkejjel tul ta' 4 metri u 50 ċentimetru.”

Żiedu jgħidu, “Grazzi lill-propjetarju Charlot Grech u lill-mara tiegħu, li bejniethom imexxu dan ir-ristorant, talli qasmu magħna dawn il-mumenti ħelwin. Nistiednu lill-pubbliku biex imur jiekol f'dan ir-ristorant tipiku Malti u magħruf għall-għażla bnina u varjata tal-ikel.”


Gwida.mt