Infrastructure Malta aktar kmieni llum ħabbret li tlestew ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni u kisi mill-ġdid fi Triq Bormla, Triq L-Ordni ta’ San Ġwann u Triq Il-Mina ta’ Hompesch, fir-rotta bejn il-Kottonera u Ħaż-Żabbar. Din hija aħbar tajba għal dawk li joqogħdu f’dawk in-naħat, jew li jiffrekwentawhom ta’ spiss, speċjalment minħabba li issa t-traffiku li qed jgħaddi minn hemm żdied, minħabba l-ftuħ tal-kumpless ġdid fi Smart City, il-Kalkara.

Dan ix-xogħol involva l-bini ta’ roundabout ġdida, lights, u pavimentar u bankina ikbar biex in-nies jistgħu igawdu l-park tal-familja, jew xi mixja jew ġirja. Is-sewwieqa issa, se jgawdu ukoll minn tiswiqa b’inqas skossi!


Nicole Zammit