Tħabbret il-mewt ta' Vince Farrugia li kellu 77 sena. Hu magħruf sew fil-qasam tan-negozju u hu persuna rispettat ferm. Is-Sur Farrugia kien anke ħareġ għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew lura għas-sena 2009. Hu kien id-Direttur Ġenerali tal-GRTU.

Mario Borg, lobbyist ewlieni tal-ispiżeriji Mario Debono qal, "Illum Malta tilfet ġgant, difensur tan-negozji ż-żgħar u mentor għal ħafna. Il-kliem ma jistax jiddeskrivi l-istatura ta' dan ir-raġel fost is-sidien tan-negozji żgħar u medji."

Hu jkompli jgħid, "Huwa kien gwida għal ħafna, port sigur għall-ħafna negozji żgħar li talbu l-għajnuna tiegħu, bennej ta' kunsens dwar ħafna mill-ftehim mal-Gvernijiet, u xi ħadd li qatt ma beża' minn xi sfida, anke l-aktar oneruża. Iżda Vince Farrugia kien fuq kollox bniedem, kompassjonat iżda bi stil u tbissima li jirbaħ fuq l-aktar avversarji."

Aħna f'isem Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja u ħbieb tiegħu f'dawn il-mumenti iebsin. Ċertament li ħa jibqa' mfakkar għal karattru mill-isbaħ li kellu u wkoll għal kemm għen nies.


Emil Calleja Bayliss