Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, Ian Borg, u martu Rachelle Borg Dingli llum jagħlqu għeluq sninhom. Hekk hu ġurnata speċjali hekk kif din il-koppja t-tnejn li huma jiċċelebraw għeluq sninhom fit-28 ta' Frar, għalkemm Rachelle hija erba' snin iżgħar minn Ian.

Ian u Rachelle ilhom kważi seba' snin miżżewġin, hekk kif jiċċelebraw l-anniversarju fit-8 ta' Lulju. Għall-okkażjoni Ian ħalla messaġġ ħelu lil martu, "Awguri f'għeluq sninek Rachelle Borg Dingli. Jien u Eve inħobbuk ħafna. Grazzi tal-awgurju tagħkom lilna."

F'isem Gwida.mt nawguraw lil din il-koppja l-isbaħ xewqat!

Facebook/ Ian Borg


Kyle Zarb