Ħafna qablu ma' dak li kitbet Maria La Barokka Muscat aktar kmieni, rigward is-saħħa mentali. Maria tisħaq kontinwament li dan huwa fenomenu sensittiv li hemm bżonn ħafna ħarsien lejh. Bil-fatti mhux bil-kliem biss.

Bosta qablu ma' Maria meta ssemmi kif għadek issib min ma jagħtix kas is-saħħa mentali, anke saħansitra xi wħud mill-professjonisti, mhux kollha sintendi.

"Is-saħħa mentali mhix mifhuma, u mhux qed ikun hawn mogħdrija... Għajb għalikom, ċerti professjonisti (ovvjament mhux kulħadd) li moħħkom biss fil-flus u xejn aktar."

X'taħseb dwar dan?


Gwida.mt