Il-finalisti ta' Masterchef Malta, ilbieraħ kellhom l-ewwel ċans biex jimpressjonaw lill-ġurija billi joħolqu xi ħaġa speċjali b'dak li kellhom fil-kaxxa misterjuża li kellhom quddiemhom. Kif kixfu l-kaxxa, il-parteċipanti sabu fenek.

Kien hemm min stenna li l-fenek se jkun parti minn Masterchef Malta, filwaqt li oħrajn kienu kemxejn sorpiżi. Ovvjament il-fenek hu platt popolari mal-Maltin iżda ċertament li biex issajru b'mod differenti li jkun denju għal fuq Masterchef żgur li mhux faċli. Il-ġurija professjonali dehrilhom li Kevin kellu wieħed mill-agħar platti fl-ewwel rawnd u riedu jaraw x'kapaċi joħloq fit-tieni rawnd.

Dak li jkun żgur li ma kienx se jippreżenta xi fenek moqli jew inkella stuffat tal-fenek kif hu l-aktar popolari fid-djar Maltin. Wara l-ewwel sfida, kien żewġ parteċipanti li rebħu l-immunità u b'hekk ma kellhomx għalfejn jgħaddu għat-tieni sfida tal-ġurnata.

It-tieni sfida kienet li jsajru r-ravjul! Huma riedu jagħmlu l-għaġina għar-ravjul u jaraw biex se jimlewh u b'liem zalza se jservuh. Sfortunatament, Kevin għal darb'oħra ddiżappunta, hekk kif wieħed mill-kokijiet professjonali staqsieh jekk il-platt li serva hux diżerta.

B'hekk sar l-ewwel eliminat ta' Masterchef Malta. Qbiltu mad-deċiżjoni?

Facebook / Masterchef Malta


Emil Calleja Bayliss