Agħfas hawnNick Avellino qed itella’ appell fuq il-paġna soċjali tiegħu sabiex jistaqsi lil min jista’ jagħraf lil dan ir-raġel jew għandu xi informazzjoni fuqu li qed jidher fuq ir-ritratti u filmat li għadu kif ixxerja. Ir-raġuni hija li klijenta tiegħu kellha pittura ħdejn il-karozza tagħha sakemm kienet qed ittella’ x-xiri u persuna li tidher mill-camera fid-29 t’April fis-7 ta’ filgħaxija.kienet għaddejja u baqgħet sejra bil-pittura.
“Għeżież ħbieb, qed nagħmlu appell għall-għajnuna tagħkom. Ilbieraħ filgħaxija, 29/04/25 fis-19:00, klijenta għażiża tagħna kienet qed ittella’ x-xiri tagħha fil-karozza barra l-ħanut tagħna fi Triq l-Imdina, l-Imrieħel. Hija ħalliet pittura ħdejha għall-ftit sekondi biex tidħol lura fil-ħanut, u f’dak il-mument persuna li kienet għaddejja, li tidher fuq il-CCTV tagħna, qalet il-pittura u marret biha. Jekk tagħrfu lil dan ir-raġel jew għandkom xi informazzjoni, jekk jogħġobkom għadduhielna. L-informazzjoni kollha se tiġi trattata bl-akbar kunfidenzjalità. Jekk jogħġobkom, aqsmu dan il-messaġġ @followers.”
Agħfas hawn