Ġmiel ta’ ritratti. Mudelli, atturi, ċelebritajiet u anke nies li m’humhiex fix-xena huma fost dawk li jippużaw għal ritratt professjonali mil-lenti tal-fotografu ċelebri Kris Micallef.

Kris ilu fil-qasam tal-fotografija għal bosta snin tant li l-fotografija tiegħu hija partikolari, għandha timbru u tingħaraf. Dan mhux biss minħabba l-istil u l-karattru tar-ritratti li jieħu iżda wkoll għal ideat innovattivi li joħroġ bihom.

Bejn maskri jew denb ta’ sirena, pożi artistiċi u oħrajn f’ambjent naturali, Kris Micallef jispikka bil-kreattività tiegħu. L-iswed u l-abjad huma għal qalbu imma wkoll l-oriġinalità tal-angoli li jieħu ritratt minnu.

Lil Kris nawgurawlu l-isbaħ suċċess f’dak li qed jagħmel.

Ritratti: Instagram/Kris Micallef


Clifford Galea