Jamie Cardona huwa r-rebbieħ ta’ Mużika Mużika 2025 bil-kanzunetta ‘Stajna Konna Aħna’. Il-Maltin ħadu grazzja mas-sempliċità tal-mużika tiegħu u raw il-passjoni li għandu lejn il-lingwa Maltija.

Jamie huwa minn Birżebbuġa u filfatt illum il-parroċċa stednitu jagħmel prestazzjoni fil-pjazza fil-ħdax ta’ filgħodu wara l-quddiesa tradizzjonali tal-Ħadd fejn ukoll stednuh fuq l-artal biex jawgurawlu tar-riżultat eċċellenti tiegħu.

Hu kanta ‘Stajna Konna Aħna’ quddiem ir-residenti tar-raħal għażiż tiegħu Birżebbuġa u kull min kien fil-pjazza wera l-apprezzament tiegħu permezz ta’ tixjir tal-idejn u żfin mill-qalb.

Kien ġest tassew sabiħ li jiddedika ftit sigħat għal raħal twelidu. Il-paġna uffiċjali tal-Parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen Birżebbuġa rringrazzjat lil kull min attenda u ħa sehem.

Facebook / Parroċċa ta' San Pietru fil-Ktajjen Birżebbuġa


Gabriella Borg