Aħbar tajba jew ħażina għalik? Minkejja li ninsabu fl-eqqel tas-Sajf, mil-lejl li ġej sa nhar it-Tnejn jaf ikollna xita qawwija bir-ragħad f’xi mumenti. Dan hu skont it-tbassir tat-temp fuq il-paġna Malta Weather fuq Facebook.

“Firxa ta' pressjoni għolja fuq l-Ewropa ta' fuq se tidderieġi arja friska mill-Balkani lejn iċ-ċentru tal-Mediterran mil-lejl li ġej sa nhar it-Tnejn, bil-possibilta' li jkollna xi ftit ħalbiet tax-xita li jistgħu jkunu bir-ragħad kultant! Hemm ċans li xi ħalbiet tax-xita jkunu qawwija!” ġie miktub fuq il-paġna.

Hawn min jieħu r-ruħ li se tiksaħ ftit l-arja - mhux kulħadd tgħoġbu s-sħana! Int x’taħseb?

Facebook/Malta Weather


Nicole Barbara