Ftit ġimgħat ilu, Jack Mizzi, ta' 17-il sena, stabilixxa rekord fil-kampjonat lokali taċ-ċess li jġib l-isem Malta Blitz Chess Championship. Dan wara li b'suċċess rebaħ id-disa' logħbiet li kien parteċpi fihom.

Il-Malta Blitz Chess Championship huwa avveniment annwali fejn matulu logħba taċ-ċess tintlagħab taħt il-parametri tal-ħin hekk kif kull parteċipant ikollu madwar tlett minuti b'total sabiex jilgħab. Dan jikkuntrasta mal-mudell tradizzjonali taċ-ċess fejn logħba tista' tieħu sigħat twal sabiex titlesta.

Mizzi, li ilu jilgħab iċ-ċess mindu kellu biss għaxar snin, irnexxilu jegħleb parteċipanti li ġew minn barra fi xtutna fosthom mill-Ġermanja, mit-Turkija, mis-Serbja u miċ-Ċina.

Is-suċċess ta' Mizzi ssokta jiġi rikonoxxut hekk kif riċentament ġie mogħti l-premju Żagħżugħ Atleta Tax-Xahar mill-kumpanija Atlas Insurance.

Nawgurawlu!


Cristian Tonna