It-tenur Nico Darmanin li drabi oħra qsamna magħkom tagħrif dwar dak li għaddej fil-karriera professjonali tiegħu, issa kien imiss li jestendi l-istaġun tas-sajf li jmiss għal debut opersitiku ieħor. Din id-darba f'Salzburg Festpiele li tfisser il-festival ta' Salzburg; il-pajjiż li fih twieled Mozart.

"Ninsab eċitat li ser inkanta ma' artisti ċelebri internazzjonali fosthom Rachel Willis-Sørensen, Mika Kares, Michael Mofidian, Neven Crnić, Fabio Sartori u mal-leġġenda nnifsu Placido Domingo", kiteb Nico fuq il-paġna ta' facebook tiegħu.

Araw lil Nico waqt rehearsals fit-Teatru Manoel ftit jiem ilu iżda b'laqta umoristika fejn bħal kulħadd, kultant l-artisti jkollhom il-muża li jieħdu kollox biċ-ċajt ukoll.

U bir-raġun ikun kburi. Mhix xi ħaġa li tiġri kuljum li Malti jkanta f'postijiet bħal dawn, ma' artisti bħal dawn u ma' Placido Domingo nnifsu. Kif kiteb Nico stess u bix-xieraq li nifhmu, li qed jistenna l-istaġun tas-sajf aktar minn qatt qabel. Bħal dejjem, Gwida.mt ser issegwik Nico! Kburin bik!

Ritratt: Facebook/ mrbertiewatson/ Nico Darmanin - Tenor


Clifford Galea