Kollox jindika li t-temp ħa jiggrava sew qabel jerġa' jeqleb għall-aħjar. Dan ħabritu l-paġna Malta Weather. Matul il-ġurnata tal-lum mistennija aktar ħalbiet tax-xita li jaf ikunu qawwija, bir-ragħad u anke possibiltà ta' silġ.

Hemm ċans ta' maltempati qawwija f'xi nħawi. Kollox jindika li r-riskji ewlenin huma buffuri ta' riħ qawwija u ċans ta' silġ kbir. Tajjeb li wieħed joqgħod attent u jieħu l-prekwazzjonijiet kollha biex ikun sigur. 

View this post on Instagram

A post shared by Lili (@figalloli) on

Huma ż-żmien li nibdew nesperjenzaw dan it-temp issa... għal dawk li jħobbu x-xitwa bxara tajba imma għal dawk li jħobbu s-sajf u x-xemx mhux iż-żmien ideali għalihom.

L-aħbar it-tajba hi li sat-tmiem il-ġimgħa t-temp għandu jeqleb u b'hekk wieħed ikollu ċ-ċans li jgawdi tmiem il-ġimgħa bl-aqwa mod possibli!

Instagram / kprusov


Emil Calleja Bayliss