Maltese Islands Weather tikteb, "Kif se tkompli tiżviluppa s-sitwazzjoni tat-temp fil-ħin li ġej? It-temp se jibqa ċlampu u mdaħħan b'ħalbiet iżolati tax-xita li se jibqgħu jkunu bir-ramel sa tard waranofsinhar."

Huma jżidu, "Ir-riħ se jonqos waranofsinhar u jsir kalm filgħaxija. Se jkun hemm bidla billejl. Nistennew li r-riħ jaqleb Punent Majjistru għal xi nofsillejl, biex imbagħad jitqawwa f'daqqa u jsir Forza 7 għal 8 qabel sbieħ il-jum. Dan ir-riħ mill-Majjistral se jnaddaf l-arja mir-ramel biex b'hekk jerġa jfeġġ sema blu."

Fl-aħħar itemmu, "Se jerġa' jkollna temp bir-ramel? Iva. Temp minn fuq id-deżert huwa tipiku għal dan iż-żmien tas-sena, u żgur jerġa' jkollna minnu sal-aħħar ta' Mejju."


Emil Calleja Bayliss