Illum, 28 ta' Marzu 2024, jimmarka l-jum li Malta tiċċelebra l-jum annwali tal-Belt Valletta. Il-belt kapitali ta’ Malta twaqqfet 458 sena ilu mill-Kavallieri ta’ San Ġwann. Belt li ġiet imsemmija għall-Gran Mastru Jean Parisot de Valette li rnexxielu jegħleb lill-Imperu Ottoman waqt l-Assedju l-Kbir tal-1565.

Hu kien poġġa l-ewwel ġebla tal-belt kbira imma miet qabel ma raha lesta. Rikonoxxuta bħala Sit ta’ Wirt Dinji, il-Belt Valletta rat xi wħud mill-aktar avvenimenti storiċi importanti f’Malta matul l-erba’ sekli u nofs tagħha. Sfortunatament batiet immens wara li ntlaqtet kontinwament mill-bombi matul it-Tieni Gwerra Dinjija.

Fil-fatt, minkejja li hija waħda mill-iżgħar bliet fid-dinja, hija waħda mill-aktar żoni storiċi kkonċentrati madwar id-dinja. Il-Belt Valletta hi meqjusa bħala waħda mill-isbaħ bliet u destinazzjonijiet fl-Ewropa kollha, tant li fl-2018 kienet intgħażlet bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura. Il-belt hi wkoll l-aktar belt xemxija fl-Ewropa kollha.

Il-Belt Valletta fiha 28 knisja fejn kull sena jiġu ċċelebrati ħames festi differenti.

X'inhi l-ħaġa favorita tiegħek dwar il-Belt Valletta?


Emil Calleja Bayliss