Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Diocese Of Gozo qasmu mas-segwaċi aħbar mill-isbaħ, hekk kif riċentament, ġew milqugħin żewġ membri ġodda fil-Knisja Kattolika f’Għawdex!
Huma bdew billi qalu, “Is-Sibt li għadda, 26 ta’ April, ġew milqugħin żewġ membri ġodda fil-Knisja Kattolika f’Għawdex li qabel kienu jagħmlu parti minn denominazzjonijiet Insara oħra.”
Komplew billi żiedu jgħidu, “Wara żmien ta’ taħriġ, talb u deċiżjoni personali, Kari Pentti mill-Fillandja (li kien mgħammed Luteran) u David Nowland mill-Ingilterra (li kien mgħammed Anglikan), ġew milqugħin formalment fi ħdan il-Knisja Kattolika waqt il-Quddiesa bl-Ingliż li saret fil-Knisja l-qadima ta’ Għajnsielem, immexxija minn Mons. John Muscat, li akkumpanjahom f’din il-mixja bħala dak responsabbli għal dan il-ministeru fid-Djoċesi tagħna.”
Temmew billi qalu, “Huma t-tnejn issa sa jirċievu l-Griżma tal-Isqof nhar is-7 ta’ Ġunju li ġej waqt il-Velja Djoċesana ta’ Għid il-Ħamsin.”