Is-sit Times of Malta jirrapporta kif is-sewwieqa tal-cabs għandhom il-ħsieb li jipprotestaw din il-ġimgħa rigward il-pagi u l-kundizzjonijiet ħżiena tax-xogħol.

Xufiera tat-taxis u cabs li jagħmlu parti mill-Assoċjazzjoni LPOA se jinġabru fiż-żona tal-Parkeġġ tal-Bdiewa f’Ta’ Qali l-Erbgħa filgħodu fejn imbagħad jibdew carcade bil-mod lejn il-Marsa.

Times of Malta rrappurtaw kif hu mifhum li l-azzjoni qed issir biex jipprotestaw rigward il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-industrija, speċifikament l-istrateġiji ta' if jitħallsu minn apps bħal Bolt, eCabs u Uber.

L-assoċjazzjoni LPOA tirrappreżenta sewwieqa liċenzjati biex isuqu vetturi imsejħa 'vetturi Y-plate', li jirċievu bookings permezz tal-apps u bit-telefonati.

L-azzjoni ppjanata ta' nhar l-Erbgħa ssegwi skuntentizza fi ħdan il-ħaddiema fl-industrija, fejn is-sena li għaddiet is-sewwieqa tkellmu pubblikament dwar firxa ta’ kwistjonijiet.


Kyle Zarb