Illum huwa jum speċjali għal wieħed mid-diretturi fi ħdan il-kumpanija lokali Take//Two u wieħed mill-preżentaturi bravissimi tal-programm Rolling, Carlos Debattista. Abigail Mallia, kitbitlu messaġġ mill-isbaħ għall-okkażjoni fejn tawguralu.

"Awguri f'Għeluq sninu lill-familja li għażilt. Carlos Debattista, bl-inżul u t-tlajja' kollha tagħna int familja għalija. F'għeluq sninek, irrid niċċelebra t-talent tiegħek, il-viżjoni tiegħek, li tkun sorprendenti. U rrid nirringrazzjak talli dejjem tkun hemm għalija. Grata li ninsabu fuq dan il-vjaġġ flimkien... Inħobbok"

Awguri minn qalbna Carlos!


Kyle Zarb