Il-kantanta lokali Ira Losco lbieraħ kellha laqgħa li ġabet ħafna nostalġija bla dubju. Kif tafu fil-bidu tal-karriera tagħha hi kienet iffurmat parti minn grupp bl-isem TIARA. Ilbieraħ jidher li kellhom tip ta' rijunjoni, hekk kif reġgħu ltaqgħu bħala grupp.

Ira titkellem dwar meta għamlet ħbieb ma' wieħed mill-membri li lura fiż-żmien skopriet li kien iħobb lill-istess grupp mużikali li tħobb hi, BLUR. Minn hemm kienet ommu li ssuġġeriet li Ira tingħaqad mal-band li jifforma parti minnha, TIARA.

"Dakinhar bdiet il-ħbiberija tagħna. Aħna bqajna ħbieb kbar sal-lum stess! Madwar sentejn wara, ommu ssuġġeriet li jitlobni ningħaqad mal-band tiegħu. Hekk għamilt u twieldet TIARA. Konna grupp alternattiv li jdoqq il-kanzunetti oriġinali tiegħu stess..."

Ira tkompli, "Il-band kienet waħda mill-affarijiet favoriti tiegħi li għamilt matul l-adoloxxenza tiegħi u sal-20 sena tiegħi. Dawn in-nies fir-ritratt kienu l-familja tiegħi. Ilbieraħ kien sabiħ li erġajna konna flimkien!"


Kyle Zarb