Wara t-traġedja li seħħet f’Kordin nhar it-3 ta’ Diċembru, 2022 fejn Jean Paul Sofia tilef ħajtu, familtu ħadmet bla waqfien biex issir inkjesta pubblika. Aktar kmieni llum, ix-shadow minister għall-ekonomija u l-intrapriża Jerome Caruana Cilia ħabbar permezz tal-midja soċjali li r-rapport finali tal-inkjesta pubblika marbut ma’ dan il-każ huwa lest, u li “se jkun qed jgħaddi f’idejn il-Prim Ministru Robert Abela nhar l-Erbgħa 28 ta’ Frar fl-10:00 ta’ filgħodu fil-Berġa ta’ Kastilja.” “Dan filwaqt li l-bord se jkun qed jgħaddi kopja tar-rapport finali lill-familja ta’ Jean Paul Sofia” żied jgħid. “J’alla l-familja tiegħu issib il-mistrieħ fil-verità” kiteb utent ta’ Facebook.

Facebook / Għal Jean Paul


Nicole Zammit