Ilbieraħ iċċelebraw l-anniversarju tagħhom il-ġenituri tal-attriċi Rachel Micallef, jew kif ħafna jafuha, Ruth ta' Simpatiċi. F'dan il-jum, Rachel qasmet ritratt flimkien ma' ħutha u l-ġenituri tagħha.

Hi tikteb, "Intom il-ġenituri li t-tfal kollha jittamaw li jkollhom, intom il-koppja li l-maħbubin jittamaw li jkunu, intom it-tnejn il-pilastri ta’ appoġġ li kull familja tixtieq li jkollha. L-anniversarju t-tajjeb lill-aqwa ġenituri li qatt wieħed jista' jkollu."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil ommha u lil missierha l-isbaħ xewqat! Żgur li f'jum bħal dan iġeddu tant u tant memorji mill-ġurnata speċjali tagħhom meta qalu iva lil xulxin! Nittamaw li jkomplu jgawdu lil xulxin għal snin twal! Awguri mill-qalb!

Facebook / Rachel Micallef


Emil Calleja Bayliss