Il-kantanta lokali Amber Bondin taqsam messaġġ mill-isbaħ biex tawgura lill-għażiża oħta f'jum għeluq sninha. Amber taqsam ritratt ma' oħtha filwaqt li tikteb, "IIlum imiss lilek. Kemm kont kuntenta 28 sena ilu li fl-aħħar kelli oħti. Kont sirt id-dinja għalija u ma stajtx inkun ferħana iżjed minn hekk."

Hi żżid, "Grazzi talli dejjem insibek hemm għal kull m’hemm bżonn, talli ma toqgħodx iddur mal-lewża u tgħidli mal-ewwel kif taħsiba meta nitolbok parir, u talli inti l-aqwa zija għal Ġużi. Inħobbuk Ruby Bondin."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollha jum mimli b'dak kollu li tixtieq qalbha u sena mill-isbaħ. Awguri Ruby!

Facebook / Amber


Emil Calleja Bayliss