Il-Mro. Ryan Paul Abela, ilbieraħ żgur li għex mument mill-isbaħ. Waqt il-kunċert li ttella' biex jonora l-memorja u x-xogħol mill-isbaħ li ħalla warajh Raymond Mahoney, indaqqet u tkantat għall-ewwel darba wara 33 sena ma' orkestra live il-kanzunetta Could It Be. Could It Be kienet il-kanzunetta li pajjiżna rritorna lura biha fil-Eurovision Song Contest wara waqfa ta' 13-il sena.

Hu qasam filmat tal-kanzunetta kif tkantant 33 sena ilu u ritratt mill-wirja tal-bieraħ. Hu jikteb, "Ilbieraħ esperjenzajt nostalġija tremenda. 33 sena ilu twelidt jien, fi żmien fejn inkitbet, indaqqet u rebħet il-kanzunetta Could it Be. Ilbieraħ din reġgħet indaqqet għall-ewwel darba wara dan iż-żmien kollu, mhux talli hekk imma talli kelli l-unur li ngħid daqqejtha, b’missieri jidderieġi u ommi tkanta quddiemi. X’ħajja."

Mument li żgur li qatt mhu ħa jinsa! Paul u Georgina taw wirja spettakolari li niżlet tajjeb immens mal-udjenza preżenti!

Facebook / Ryan Paul Abela


Emil Calleja Bayliss