Attur li qed jiċċelebra għeluq sninu llum huwa Clayton Pace. Għall-okkażjoni ħejja messaġġ mill-qalb fejn fih apparti li rringrazzja lil kull min ħaseb fih f'dan il-jum, kiteb kelmtejn li xtaq jaqsam.

Jirringrazzja lil kull min awguralu b'xi messaġġ kemm fuq il-midja soċjali u kemm b'mezzi oħra f'għeluq l-34 sena tiegħu. Apparti minn hekk, isemmi li hu lest għas-sena li jmiss, fej ser jagħmel mezz li jkompli jkun hemm fejn jista' jgħin lil ta' madwaru.

"Messaġġ qasir, int min int, jekk ikollok bżonn fittixni u fejn nista' ser ngħinek, u jekk b'xi mod inqast lil xi ħadd din l-aħħar sena nitlobkom skuża," jikteb Clayton. Ixerred anke ritratt sabiħ immens flimkien mal-familja għażiża tiegħu.

F'isem it-tim ta' Gwida.mt nawguraw mill-qalb lil dan l-attur, kittieb u direttur bravissimu! Lil Clayton tistgħu ssegwuh illejla waqt Dell Minsi, fuq fit-20:30 fuq NET.


Kyle Zarb