Illum tiċċelebra għeluq sninha Giorgia Mae, bint il-Prim Ministru Robert Abela u martu Dr. Lydia Abela. F'dan il-jum Lydia kitbet messaġġ sabiex tawgura lil bintha f'dan il-jum għażiż.

Hi tikteb, "Awguri f'għeluq it-12-il sena tiegħek. Int barka li ddawwal kull jum tal-ħajja tagħna. Jien tant xortija tajba li nkun ommok u rridek li tkun taf li nħobbok ħafna."

Ma' dan iżżid, "Kompli ssegwi l-ħolm tiegħek bil-passjoni, aħdem ħafna u qatt ma taqta' qalbek. Ma jimpurtax kemm ikollok żmien, int dejjem tkun it-tarbija daħkana tiegħi u l-aqwa ħabiba tiegħi."

F'isem it-tim ta' Gwida, nawguraw lil Giorgia Mae l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ u sena mimlija b'dak kollu li tixtieq qalbha. Awguri mill-qalb!

Facebook / Lydia Abela


Emil Calleja Bayliss