Attriċi oħra maħbuba immens li llum qed tiċċelebra għeluq sninha hi Rebecca Dimech. Rebecca, li rajnieha f'diversi produzzjonijiet ta' livell għoli kemm lokali u kemm internazzjonali. Fosthom lokalment nafuha minn Deċeduti, NOLI u L-Għarusa.

Rebecca dejjem taraha għaddejja b'xi proġetti u esperjenzi ġodda speċjalment fejn jidħol ir-reċtar, u ċertament li fadal x'naraw. F'għeluq sninha Rebecca tirringrazzja lil kull min awguralha b'xi mod jew ieħor, u tħalli erba' kelmiet sbieħ għall-okkażjoni. 

"Il-ħajja tibda minn 40, u onestament nista' ngħid li huwa veru. Insib il-kuntentizza fis-sempliċita u nitgħallem kuljum napprezza aktar u aktar il-ħin...", tikteb Rebecca. Apparti minn hekk tikteb li hi xewqa u hu l-għan ewlieni tagħha li f'ħajjitha tgħin kemm tista' ħajjiet fil-bżonn, kemm bnedmin kif ukoll annimali, li tant tħobb b'qalbha kollha. 

Awguri mill-qalb Rebecca!


Kyle Zarb