Illum huwa jum speċjali għan-nannu tal-mużiċisita Maria Cini, li qed jiċċelebra għeluq it-88 sena tiegħu. Età sabiħa immens li bla dubju kemm in-nannu Alfred kif ukoll Maria u l-familja huma grati għaliha.

Maria xerrdet ritratti ta' nannuha kif ukoll kitbet kelmtejn sbieħ għall-okkażjoni biex tawguralu. "Happy Birthday Nannu Alfred Muscat. Min jobsor li ta' 88 sena kapaċi tidher tant tajjeb? Nixtieq li l-Mulej ikompli jbierkek b'aktar snin mimlijin saħħa, hena u mħabba. Inħobbok."

Awguri minn qalbna lin-nannu ta' Maria!


Kyle Zarb