Il-vjolenza qatt u qatt mhi aċċettabbli, aħseb u ara għal xejn b'xejn fuq fini ta' diskriminazzjoni. Dak li għadu qed jiġri fid-dinja tal-isports sfortunatament. Il-preżentatriċi Joanna Camilleri qasmet każ xokkanti fejn referee ġiet diskrimnata u mweġġa' fiżikament.

"Hija ħasra li nibqgħu nisimgħu stejjer fejn xi ħadd jiffaċċja diskriminazzjoni jew ħsara abbażi tas-sess tiegħu. L-Ugwalità u r-rispett huma kruċjali fl-isports, u inċidenti bħal dawn jenfasizzaw il-ħtieġa li kontinwament ninfurzaw ambjenti inklużivi." 

Hemm bżonn li nagħfsu aktar fuq "għarfien, edukazzjoni, u trawwim ta’ kultura ta’ rispett" f'settur bħall-isports. Nittamaw li ma nisimgħu qatt aktar b'każi bħal dawn!


Kyle Zarb