Fl-Awstralja, Michael Falzon kien meqjus stilla tat-teatru mużikali, hu kien attur tal-palk prolifiku magħruf għar-rwoli tiegħu f'We Will Rock You u Hedwig and Angry Inch, sfortunatament l-attur tilef il-battalja kontra l-kanċer ta' 48 sena. L-attur ġie nieqes ilbieraħ wara li s-sena l-oħra skopra li jbati b'forma rari u aggressiva ta' kanċer fiċ-ċelloli.

Michael, li kien veġetarjan u kien jgħix stil ta' ħajja li jieħu ħsieb saħħtu, iddeskriva d-dijanjosi tal-kanċer tiegħu bħala‘ xorti stupida waqt intervista ma’ Studio 10 f’Ottubru tas-sena l-oħra. Id-Daily Mail irrapurtat, "Kienet sorpriża. Kont waqt il-provi ta' Sweeney Todd, kont għadni kemm spiċċajt Evita, kollox kien sejjer tajjeb," qal Fazlon. L-aħbar ħarġet bħala xokk minħabba li ma kellux sintomi. Minħabba s-saħħa tajba tiegħu, hu ingħata l-iktar trattament aggressiv disponibbli.

Michael jidher li kien sodifatt li l-marda tiegħu ma kinitx ikkawżata minn għażliet ta' stil ta' ħajja ħażina, bħal meta wieħed ikun ipejjep u jiżviluppa kanċer tal-pulmun. Huwa qal: 'Ma nħossnix responsabbli, li huwa mod tajjeb biex inħossni. Kieku jien kont wieħed minn dawk li jbatu minn affarijiet li forsi stajt għamilt xi ħaġa dwarhom iżda din kienet biss xi ħaġa li kienet fija u ma kien hemm l-ebda mod kif tieħu ħsiebha qabel ma ġrat."

Michael, kien it-tielet minn sitt itfal imwielda minn missier Malti u omm Awstraljana. L-istilla trabba f’Sydney u Brisbane.

Facebook / In Memorium


Emil Calleja Bayliss