Fuq il-mezzi soċjali tagħha, ilbieraħ l-Orkestra Filarmonika ta' Malta ħabbret li l-kunċert li ttella' lbieraħ kien b'dedikazzjoni lil Daniele Galletto li ħalla d-dinja fl-età ta' 39 sena.

Huma kitbu, "L-Orkestra Filarmonika ta’ Malta tiddedika l-kunċert tal-lejla lil Daniele Galletto, it-tieni klarinett tal-MPO u kollega għażiż, li l-mewt qabel iż-żmien tiegħu nhar is-Sibt li għadda ftit sigħat qabel il-kunċert ħallietna lkoll xokkjati. Daniele Galletto 8 ta’ Awwissu 1984 - 24 ta’ Frar 2024."

F'isem it-tim ta' Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, kollegi u ħbieb tiegħu. Strieħ fis-sliem Daniele u kompli ħares fuq l-għeżież tiegħek minn fejn tinsab. Ċertament li l-kollegi tiegħek se jħossu n-nuqqas u l-professjonalità tiegħek.

Facebook / Daniele Galletto


Emil Calleja Bayliss