It-tabib Jean Karl Soler, li jitkellem fuq diversi temi speċjalment dawk relatati mas-saħħa fil-pajjiż qasam ritratt ta' tabella ġdida li ġiet imwaħħla f'triq partikolari. Hu jikteb, "Fl-aħħarnett l-immoralità tal-kameras tal-veloċità moħbija m'għadhiex teżisti. Issa qed jitħabbru b’sinjal ta’ twissija."

Kienu ħafna sewwieqa li kienu gergru dwar il-fatt li wieħed għandu jkun infurmat li hemm xi ħadd għassa u li qed jiċċekkja l-veloċità li għaddejjin biha l-vetturi. Naturalment, meta wieħed ikun f'xi triq li hemm speed camera, dak li jkun jara t-tabelli li jinfurmawh li hemm kamera, b'hekk jekk hemm xi ħadd li qed jaqdi l-istess funzjoni għandu jkun infurmat.

Aħna nixtiequ nsaqsu l-qarrejja tagħna ta' Gwida, jekk ma ltaqgħux ma' tabelli simili fl-aħħar jiem. Nieħdu gost li jekk iltqajtu magħha tgħaddulna r-ritratti!

Facebook / Malta Police Force


Emil Calleja Bayliss