Proprju llum qed tiċċelebra għeluq sninha l-attriċi u preżentattriċi bravissima Claire Agius Ordway, hekk kif tagħlaq 49 sena.

Lil Claire rajniha bħala attriċi f'bosta produzzjonijiet televiżivi fosthom Santa MonikaLondri, fejn dejjem spikkat bil-ħiliet artistiċi tagħha.

Matul il-karriera mżewqa ta' Agius Ordway, rajniha tippreżenta għadd ta' programmi fosthom Ilsien in-NisaReboot.

Lura fl-2020, lil Claire konna wkoll rajniha tippreżenta l-ewwel edizzjoni ta' Mużika Mużika.

Illum il-ġurnata, Claire hija aktar intiża fit-traġitt fiżiku tagħha li dejjem taqsmu fuq il-mezzi soċjali.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat!


Cristian Tonna