Proprju llum qed tiċċelebra għeluq is-66 sena tagħha l-attriċi veterana Maryann Muscat li matul is-snin rajniha f'bosta produzzjonijiet televiżivi.

Lura fis-snin, Muscat kienet ħadet sehem f'sensiliet bħal fosthom Issa NarawVilla SunsetGħada Jisbaħ Ukoll kif ukoll Santa Monika, fost oħrajn.

Fis-sensiela Villa Sunset, konna rajniha tinterpreta l-parti ta' Grace, flimkien ma' bosta atturi stabbiliti oħrajn fosthom Veronica Farrugia, Joe Farrugia d-Dulli, Charles Arrigo, Pat Mahoney u Lilian Pace.

Minkejja li llum il-ġurnata qajla għadna narawha fuq it-televixin, madankollu żgur li tibqa' mfakkra għall-kontribut siewi tagħha tul is-snin preċidenti fil-qasam tad-drama.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f'għeluq sninha!


Cristian Tonna