Kantanta Maltija li m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni hija bla-dubju Claudia Faniello fejn proprju llum qed tiċċelebra għeluq sninha. Claudia twieledet fil-25 ta’ Frar tal-1988 u llum hi qed tiċċelebra għeluq is-36 sena tagħha.

Dawk li għandhom għal qalbhom il-Malta Eurovision Song Contest persważ li jiftakru lil Claudia fih fejn rajniha tipparteċipa b’diversi kanzunetti mill-isbaħ. Rajniha l-ewwel darba fl-2006 permezz tal-kanzunetta High Alert u kklassifikat fl-ewwel 3 postijiet f’4 okkażjonijiet. Fl-2008 ġiet fit-tieni u fit-tielet post permezz tal-kanzunetti Caravaggio u Sunrise. Fl-2012 ġiet it-tieni post permezz tal-kanzunetta Pure u fl-2017 rebħet il-Malta Eurovision Song Contest permezz tal-kanzunetta Breathlessly. Riċentament rajniha tipparteċipa fil-festival Mużika Mużika fejn ikklassifikat fit-tielet post permezz tal-kanzunetta Ġmielek.

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlek jum mill-isbaħ u nittamaw li kellek ġurnata eżatt kif tixtieqha int!

Facebook/Claudia Faniello


Charlton Cefai